Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħal Luqa indarab gravi f’inċident stradali għall-ħabta tal-11.20am.
L-inċident stradali fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot 306 li kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 24 residenti Ħal Luqa.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata il-kura meħtieġa fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.