Raġel ta’ 24 sena miż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa fabbrika.
L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-sagħtejn fil-qasam industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun waqt li kien qed jopera xi makkinarju ġewwa l-fabbrika.
Immedjatament fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.