Taljan ta’ 24 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Citroen 24. Huwa baqa’ dieħel ġol-ħajt b’riżultat li ħabtet ġo karozza tal-għamla Smart Fortwo Pulse li kienet ipparkjata.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:40 ta’ filgħodu fi Triq il-Baltiku San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.