Żagħżugħ ta’ 23 sena ndarab gravi wara inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-21:00 fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żagħżugħ ta’ 23 sena residenti fil-Għargħur, tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip KTM 250EXC u waqa’.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.