Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inżamm arrestat wara li ammetta li l-Ġimgħa waranofsinhar ħaraq bieb ta’ residenza fil-Ħamrun.
Dan waqt li kien taħt ordni ta’ probation.
Fil-Qorti nstema’ kif il-Ġimgħa, l-għassa tal-Ħamrun kienet infurmata b’nar f’bieb ta’ residenza. Kif waslu l-Pulizija fuq il-post xammew riħa ta’ fuel, u għalhekk il-każ ġiet trattat bħala ħruq b’intenzjoni.
Intqal kif minn kameras tas-sigurtà, ġie elevat filmat li juri lill-imputat jaħraq il-bieb. L-għada waqt ronda fil-Ħamrun, deher l-imputat jimxi bl-istess ħwejjeġ li kien liebes fil-filmati u għalhekk ġie arrestat fuq il-post.
Il-Qorti semgħet ukoll li l-imputat ma jaħdimx u ilu jgħix barra għal ħames snin, kif ukoll li għandu vizzju serju għad-droga sintetika. Isem l-imputat ’huwiex jixxandar hekk kif huwa qed jgħin lill-Pulizija fuq numru t’investigazzjonijiet.
Il-każ ġie diferit għal data oħra.
Ara wkoll: