Indjan ta’ 23 sena residenti l-Marsa, kien sofra xi ġrieħi meta tilef il-kontrol tal-vettura, tat-tip Bergman, li kien qed isuq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar, f’mina li kien qed isir xi xogħol ta’ kostruzzjoni fiha, f’Pembroke.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.