Raġel ta’ 23 sena mill-Gambja sofra ġrieħi gravi wara waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
L-Inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu f’sit ġewwa Triq Ganni Faure’, Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.