Daniele Vitale, ta’ 22 minn Palermo u residenti f’San Ġiljan inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Taljan ieħor f’Paceville s-Sibt li għadda. Hu ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika. Il-Qorti semgħet kif raġel Sqalli qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument f’appartament fi Triq Forrest għall-ħabta tas-6:00 ta’ filgħodu.
Il-vittma rnexxielu jmur fl-Għassa ta’ San Ġiljan jitlob għall-għajnuna fejn minn hemm ittieħed l-isptar Mater Dei.
L-akkużat wieġeb mhux ħati fejn it-talba għall-ħelsien mill-arrest ma ġietx milqugħa.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ħeġġet lill-prosekuzzjoni biex tgħajjat lix-xhieda għall-ewwel smigħ tal-każ.