Żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena ndarab gravi wara li kien passiġġier f’karozza li nqalbet f’Marsaxlokk.
L-inċident seħħ fi Triq Delimara u l-pulizija ġiet imsejħa għall-ħabta tal-5:00pm.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix l-Kalkara kien qed isuq vettura tat-tip Chevrolet Matiz.
Għal xi raġuni huwa tilef il-kontroll u nqaleb.
Fil-karozza kien ukoll iż-żagħżugħ minn Ħal Tarxien.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar għal aktar kura.