Żagħżugħ ta’ 22 sena ndarab gravi wara li safa aggredit b’arma taqta’ u bil-ponta f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu meta raġel Sqalli ta’ 22 sena, mar fl-Għassa ta’ San Ġiljan jitlob l-għajnuna minħabba li allegatament kien safa’ aggredit minn persuna oħra.Il-Pulizija setgħet tinnota li r-raġel kien ferut u kellu xi dmija u għaldaqstant issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater D ei għall-kura neċessarja. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li għal xi raġuni qam argument bejn il-vittma u raġel ieħor f’appartament fi Triq Forrest, San Ġiljan.
Waqt l-argument, ir-raġel ta’ 22 sena, sofra xi ġrieħi wara li allegatament safa’ aggredit permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistra t tal-Għassa Dr M Vella LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija d war dan il-każ għadhom għaddejjin.