Raġel ta’ 22 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-19:15, meta għal xi raġuni, il-ġuvni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha li kien qed isuq, u nqaleb.
Huwa ttieħed minnufih l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.