Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birżebbuga ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f’Birżebbuġa.
Dan wara li fis-14.15 tal-Ħadd wara nofsinhar, inqala argument bejn grupp ta’ nies fi Triq Birżebbuġa.
Skont informazzjoni li ngħatat mill-Pulizija, irriżulta li waqt dan l-argument intużat arma bil-ponta u taqta’.
B’rabta ma’ dal-każ, il-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji malli jaslulna.