Żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Volkswagen Polo u baqa’ dieħel f’ħajt. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21.15 f’Ta’ Qali.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.