Lean Mizzi, ta’ wieħed u għoxrin sena minn Santa Luċija, tressaq il-Qorti, fejn ġie akkużat b’pussess ta’ mija u għoxrin qartas bil-kokaina, eroina u kannabis, bl-intenzjoni li jbigħhom fil-Marsa.
Huwa wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess ta’ dawn id-drogi, f’ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu personali tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li ż-żagħżugħ ġie arrestat wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija.
L-Ispetturi spjegaw lill-Qorti li qed jinnutaw li t-traffikanti tad-droga qed jużaw żgħażagħ biex jittraffikaw, u l-fatt li sabu mija u għoxrin qartas għand il-ġuvni, ifisser li kien se jbigħhom lil mija u għoxrin persuna.
L-imputat ġie miċħud il-ħelsien mill-arrest.