Żagħżugħ ta’ 21 sena li jgħix ir-Rabat jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ diversi sulari minn fuq is-swar tal-Imdina. Jidher li l-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-7:00pm, meta l-Pulizija sabet lill-vittma mixħut għal tulu fl-art fi Triq l-Għarreqin, jitlob għall-għajnuna u b’xi ġrieħi.
Fuq il-post intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li ħa lill-vittma l-isptar għall-kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ħatar bosta esperti biex jgħinuh.
L-investigazzjoni min-naħa tal-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja wkoll.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.