Dalgħodu l-qorti fetħet biex tisma’ l-każ ta’ Niġerjan ta’ 21 sena li ġie akkużat mill-ispettur Frank Anthony Tabone li nstab igorr 3.5 kilogrammi ta’ kannabis.
In-Nigerjan inqabad minn uffiċjali tad-dwana fl-ajruport hekk kif l-akkużat kien għadu kif ġie fuq titjira minn Ruma.
Id-difiża mmexxija minn Dr. Victor Bugeja tal-għajnuna legali ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u ma kkontestax it-talba għall-iffriżar tal-assi.
Il-każ ser ikompli jinstema quddiem Doreen Clarke fis-7 ta’ Jannar 2019.