Żagħżugħ ta’ 20 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Ferrovija, f’Santa Venera.
Minn stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Santa Venera.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.