Franċiż ta’ 20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li żelaq u hu miexi.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.
Il-pulizija marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ż-żagħżugħ sofra ġrieħi serji f’rasu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata aktar kura.
Hemmhekk hu ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.