Francesco Zammit ta’ 19-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li aggreddixa lil ommu Concetta Zammit u kkawżala grieħi ta’ natura ħfief, fir-residenza tagħhom f’Ħaż-Żabbar.
Huwa ġie akkużat ukoll li ħoloq biża’ lil ommu ta’ vjolenza fil-konfront tagħha jew inkella xi ħadd minn uliedha.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tat il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li ma jsifirx, ma jikkomettix reat ieħor u jiffirma fl-għassa ta’ Ħaż Żabbar tliet darbiet fil-ġimgħa.
Il-Maġistrat wissietu biex kemm jista’ jkun ma jkellimx lil ommu fuq il-każ. Madanakollu huwa qal li fi ftit jiem se jitlaq barra mid-dar.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joanna Piscopo.