Josef El Shemy ta’ 19-il sena mill-Għargħur ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien mixli li darab gravi lil Matthew Castillo.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd f’San Ġiljan. Il-Qorti ordnat li jiġu elevati l-filmati tal-kameras tas-sigurtà fl-inħawi fejn seħħ il-każ.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.