Żagħżugħ ta’ 19-il sena ndarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għal ħabta tal-10:15pm fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żejtun, tilef il-kontroll tal-karozza VW Golf bil-konsegwenza li din telgħet fuq ir-roundabout.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Fuq il-post assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.