Franċiż ta’ 19-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ tliet metri waqt li kien miexi, fil-bajja ta’ Blue Lagoon, f’Kemmuna.
Jirriżulta li huwa sofra xi ġrieħi mal-blat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.
Membri mill-Emergency Response & Rescue Corps ta l-assistenza sabiex iż-żagħżugħ jittieħed l-Imġarr, Għawdex, fejn kien hemm ambulanza li ħaditu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, għadhom għaddejjin.