Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ kien involut f’inċident bil-karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-ġuvni tilef il-kontroll tat-Toyota Vitz li kien qed isuq, ħabat mal-barrikati kif ukoll ma’ ħajt, b’konsegwenza li l-vettura ġarrbet ħsarat estensivi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar
tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-għassa Dr Gabriella Vella kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.