Żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Mellieħa, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien tilef il-kontroll u waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:30, ta’ filgħaxija u huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, permezz ta’ ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.