Ġuvni ta’ 19-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW 320D li kienet qegħda tiġi misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Marsaxlokk u vettura tat-tip Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Ġzira. B’kawża ta’ dan l-inċident, tliet vetturi li kienu pparkjati fl-imsemmija triq ġarbu xi ħsarat ukoll.
Iż-żewġ sewwieqa marru l-Isptar Mater Dei, fejn il-ġuvni ta’ 19-il sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ta’ 57 sena sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.