Dante Buhagiar ta’ tmintax-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq flus kontanti mingħand membri tal-familja tiegħu.
Huwa ġie mixli wkoll li kiser ordni ta’ probation mogħtija minn sentenza fl-2020.
L-avukat tal-għajnuna legali għamel talba għall-ħelsien mill-arrest fejn argumenta li r-reat jammonta biss għal madwar ħames mitt ewro.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat fuq il-bażi ta’ intralċ ta’ provi u għaldaqstant il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u stiednet lill-prosekuzzjoni biex tħarrek mill-aktar fis lix-xhieda tagħha.