Redeemer Farag Abdel Ghany Ali tpoġġa fuq probation wara li nstab ħati fuq serq minn karozza.
Iż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena li jgħix Ħaż-Żabbar kien mixli li f’Marzu ta’ tlett snin ilu ikkommetta serq ta’ pawċ li fih kien hemm diversi oggetti fosthom flus, minn ġewwa vettura tat-tip Citroen.
Fost l-oġġetti l-oħra li seraq kien hemm diversi ċwievet u żewg remote controls ta’ bibien ta’ garaxxijiet.
Il-Qorti qieset il-fedina penali nadifa tal-akkużat, u apparti l-ordni ta’ probation, iż-żagħżugħ kien ordnat li jirrifondi l-flus li seraq.