Ġuvni ta’ 18-il sena mill-Kosta tal-Avorju, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta kostruzzjoni li jinsab fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi wara li waqa’ minn għoli.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.