Żagħżugħ ta’ 18-il sena mir-Renju Unit inqabad mill-Pulizija t’Għawdex b’ammont ta’ droga kannabis li kienet lesta biex tiġi trafikata u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.
Il-każ seħħ fi Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat Għawdex.
Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq l-Qorti t’Għawdex b’arrest għada b’akkużi relatati ma’ traffikar u pussess tad-droga, li kkommetta t-tali reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu ż-żagħżagħ u li sar reċediv.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.