Fl-Italja, żagħżugħ ta’ 17-il sena ammetta mal-Pulizija li qatel lill-missieru, l-ommu u lill-ħuh.
Il-każ seħħ fid-dar tal-familja f’Paderno Dugnano, qrib Milan għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, il-Ħadd.
Kien iż-żagħżugħ stess li ċempel lis-servizzi tal-emerġenza fejn qalhom li kien qatel lill-missieru, wara li dan tal-aħħar kien qatel lill-ommu u lil ħuh.
Iżda l-investigaturi ndunaw li dak li qal iż-żagħżugħ ma kienx minnu u wara aktar investigazzjonijiet, hu ammetta li allegatament qatel lit-tliet vittmi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, hekk kif fost oħrajn għad trid issir l-awtopsja fuq il-vittmi.