Żagħżugħ ta’ 17-il sena se jinżamm arrestat fil-ħabs tal-‘Yours’ wara li insulta u hedded lil ommu li ħa jħabbatha mar-redentur.
B’ommu warajh, iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ vjolenza domestika.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest u saħqet li omm l-imputat lesta taħfer lil binha.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, iż-żagħżugħ ġie mixli wkoll li f’għassa tal-pulizija huwa hedded lill-pulizija.
Il-prosekuzzjoni kienet oġġezzjonat għat-talba ta’ ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn probation li kien fuqha.