Żagħżugħ Libjan ta’ 16-il sena qed isofri ġrieħi gravi wara li sab diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Manoel Island.
Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, meta l-Libjan qabeż fil-baħar u sab diffikultà.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu ż-żagħżugħ l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.