Żewġ żgħażagħ Maltin indarbu f’argument bejn erba’ f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ is-Sit filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart meta żewġ żgħażagħ marru l-Għassa ta’ San Ġiljan jirrapportaw li kienu nvoluti f’argument fi Triq Dobbie.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-argument seħħ bejn tliet żgħażagħ Maltin li għandhom sittax -il sena li joqogħdu l-Fgura, Birżebbuġa u s-Swieqi u Libjan ta’ għoxrin sena li joqgħod tas-Sliema.
Iż-żagħżugħ mill-Fgura ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief f’ċentru tas-saħħa filwaqt li ż-żagħżugħ li joqgħod Birżebbuġa ġie ċċertifikat mill-Isptar Mater Dei li sofra ġrieħi gravi.
Iż-żewġ żgħażagħ l-oħra ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.