Is-suspettat fl-isparatura fi skola taż-żgħażagħ f’Michigan se jaffaċċja akkużi ta’ terroriżmu u qtil wara l-każ li seħħ ilbieraħ u li ħalla erba’ studenti mejta u seba’ persuni midruba.
Tul il-jum tal-Erbgħa, il-Prosekuturi akkużaw lil Ethan Crumbley, student ta’ ħmistax-il sena fl-iskola fejn seħħ il-każ, bħala adult.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Pulizija għadha trid tistabilixxi mottiv wara l-attakk.
Il-vittmi ġew identifikati bħala Tate Myre ta’ sittax-il sena, Madisyn Baldwin ta’ sbatax-il sena, Hana St Juliana ta’ erbatax-il sena u Justin Shilling ta’ sbatax-il sena.
Meta ħabbret l-akkużi, il-Prosekutur Karen McDonald qalet li l-uffiċċju tagħha għandu biżżejjed provi diġitali li juru li s-suspettat ippjana l-attakk ferm qabel seħħ l-inċident.
Fost din l-evidenza hemm filmat tas-suspettat lejn qabel l-isparatura, li fih kien qed jiddiskuti l-qtil tal-istudenti.