Żagħżugħ ta’ 15-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ħarab mill-post fejn kien qed jingħata r-rijabilitazzjoni u aktar tard mill-kustodja tal-pulizija waqt li kien l-isptar.
Tliet ġimgħat ilu, iż-żagħżugħ kien tressaq il-qorti wkoll wara li allegatament ipprova jaħrab miċ-Ċentru tal-Caritas.
Dakhinar l-avukati tiegħu kkontestaw il-validita tal-arrest, bil-Maġistrat tiddikjarah bħala wieħed illegali.
L-għada huwa allegatament reġa’ ħarab miċ-ċentru u nstab il-Marsa.
Fil-Qorti ntqal kif waqt l-arrest, iż-żagħżugħ qal li għandu uġiegħ f’sidru u ttieħed mill-pulizija l-Isptar Mater Dei. Kien hawn li allegatament għamel ħsara ta’ elfejn u ħames mitt ewro fuq magna tal-isptar u reġa’ ħarab.
Din id-darb huwa nstab il-Qawra.
Fis-seduta tal-lum iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest imposti fuqu f’każ separat.
Huwa wieġeb mhux ħati.