Pulizija qed jiġi akkużat li qatel żagħżugħ ta’ 15-il sena wara sparatura. Huma mifhum li ż-żagħżugħ kien f’karozza li kienet ħierġa minn dar f’Dallas. Il-każ seħħ kmieni dalgħodu hekk kif Roy Oliver spara fid-direzzjoni ta’ din il-karozza u qatel lil Jordan Edwards b’tir f’rasu.
Fl-ewwel stħarriġ preliminari l-Pulizija qalet li l-uffiċjal spara meta s-sewwieq tal-karozza rrversja l-karozza b’veloċità kbira fid-direzzjoni tal-uffiċjali iżda wara l-Pulizija ammettew li dan ma kienx il-każ. Għal bosta snin l-użu ta’ forza fuq l-Afrikani Amerikani waslet għal numru ta’ protesti.
Fi stqarrija ntqal li l-evidenza turi li Oliver ried jikkawża ġrieħu serji u jpoġġi fil-periklu l-ħajja tal-bniedem.
L-uffiċjal tal-Pulizija ntbagħat fuq il-post meta saru rapporti li kien għaddej festin fid-dar u li kien hemm xorb alkoħoliku. Dawk li kienu fuq il-post qalu li semgħu tiri u ħarġu mid-dar f’paniku.