Żagħżugħ ta’ erbatax-il sena sofra minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident bil-mutur fi trakka fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar meta ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija tad-Distrett.
Mill-ewwel stħarriġ preliminari rriżulta li ż-żgħażugħ waqa’ waqt li kien qiegħed isuq il-mutur.
Huwa ttieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex minn tim mediku permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.