Ċiniż ta’ erbatax-il sena li jgħix Tas-Sliema jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ fuq il-blat fiż-żona ta’ Tigné f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra fiż-żona ta’ Tigne f’Tas-Sliema.
Iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Fuq il-post kien hemm ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.