Żagħżugħ Serb ta’ 23 sena wieġeb mhux ħati li darab lill-barman u gitarrist Ryan Magro billi kisser tazza u kkaġunalu ġrieħi serji f’għajn minnhom. Hemm il-possibilità li Magro jitlef il-vista f’din l-għajn.
Srdan Simic kien arrestat jumejn ilu wara l-inċident f’bar f’Buġibba, flimkien ma’ Serb ieħor. Dawn it-tnejn kienu ħarbu lill-Pulizija iżda nstabu.
Simic inħeles mill-arrest fuq garanzija personali ta’ ħames t’elef ewro.