Żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena mill-Imsida b’ossessjoni sesswali, instab ħati li kkorrompa tlett ibniet taħt l-età, u tpoġġa fuq probation. Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri, u kien fil-pussess ta’ pornografija tat-tfal.
Il-vittmi, fosthom it-tifla ta’ sieħbu, kellhom bejn it-tnax u s-sbatax –il sena, u l-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin favurihom. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament għal tliet xhur biex iż-żagħżugħ jegħleb l-ossessjoni sesswali li jbati minnha. Barra minn hekk, isem l-akkużat tniżżel fuq ir-reġistru ta’ dawk li jwettqu offiżi sesswali.