Żagħżugħ ta’ 20 sena mis-Siġġiewi jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu fi triq it-Tiġrija.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li seħħet ħabta bejn mutur Jmstar JSD misjuq miż-żagħżugħ u van Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 59 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.