Raġel ta’ 24 sena mis-Serbja kien ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, wara li ammetta li ppreżenta ittra li fiha kien hemm informazzjoni falza dwar applikazzjoni ta’ xogħol lill-JobsPlus.
Fil-Qorti l-imputat kien akkużat li bagħat applikazzjoni lill-JobsPlus biex jaħdem f’Malta, u qal li kellu tliet snin esperjenza ta’ xogħol ma’ kumpanija tal-ħadid, izda dan ma kienx vera.
L-imputat ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu u ikkopera mal-Pulizija waqt l-investigazzjonijiet u wara li qieset kollox il-Qorti kkundannat lill-imputat għal sitt xhur ħabs li ġew sospiżi għal sentejn.