Raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu meta kien hemm ħabta bejn vann Citroen Nemo misjuq minn Libjan ta’ 47 sena residenti Tas-Sliema, u mutur Benelli misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.