Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Ħamrun, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat mill-pulizija b’rabta mas-serqa li saret nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, 2023, minn ħanut f’Ta’ Xbiex.
Fl-aħħar sigħat issoktaw it-tfittxijiet għall-allegat ħalliel, liema tfittxijiet ħallew il-frott hekk kif żewġ pulizija, waqt li kienu fuq ronda fil-Ħamrun, lemħu raġel jaqbel mad-deskrizzjoni tal-allegat ħalliel jirkeb karozza tal-linja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għaldaqstant, il-Pulizija waqfitha fl-inħawi ta’ Blata l-Bajda, arrestaw lir-raġel u ttieħed l-Għassa għal aktar stħarriġ. Huwa qed jinżamm taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.