Dalgħodu, għall-ħabta tas-satejn, seħħ argument fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
Dan seħħ bejn ġuvni ta’ 28 sena, residenti l-Mellieħa, u żewġt irġiel oħra li ħarbu min fuq il-post.
Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.