Żagħżugħ ta’ 22 sena li ġie arrestat wara li nqabad b’224 pakkett droga sintetika, qal fil-Qorti li d-droga kienet għall-użu personali u esklussiv tiegħu.
It-Tlieta, Nathan Hili ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.
Fil-Qorti nstema’ wkoll kif il-mod kif instabet id-droga sintetika turi li din ma kinitx għalih biss, u kien hemm biżżejjed għal madwar mitejn persuna.
Intqal ukoll li Hili kien diġà ġie arrestat bosta drabi oħra u dejjem inħeles mill-arrest minħabba li d-droga li kien inqabad biha ma kinitx skedata fil-liġi.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest abbażi tal-fatt li Hili inqabad bi tliet mobiles, u kien osservat kemm-il darba juża karozza tal-kiri, anke jekk ma kellux dħul finanzjarju.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrsest.