Żagħżugħ ta’ 26 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inħeles mill-Qorti tal-Appell wara li kien instab ħati li abbuża sesswalment minn tifla ta’ tmien snin.
Fuq dan il-każ huwa kien weħel tliet snin ħabs.
Quddiem l-Imħallef Edwina Grima ntqal li r-rapport biex jeżamina l-verżjoni li tat it-tifla sar minn xi ħadd mhux imqabbad mill-Maġistrat filwaqt li t-tifla ma xehditx fil-Qorti minħabba l-istat memntali tagħha.
Edukatriċi ddeskriviet ukoll lit-tifla bħala “hyper” u li kienet tagħti l-kunfidenzi.
Intqal ukoll li l-istqarrijiet li ta l-imputat kellhom jitwarrbu wara li ma ngħatawx skont il-liġi.
Fix-xhieda tagħhom ukoll il-ġenituri taż-żagħżugħ ċaħdu li f’darhom sar l-abbuż, aktar u aktar meta tqis li d-dar hija żgħira u li dak iż-żmien lanqas biss kien hemm bibien li jifirdu l-kmamar minn xulxin.
Għall-akkużat dehru Dr Michael Tanti-Dougall u Dr Ann Marie Cutajar.