Żagħżugħ ittieħed l-isptar wara li xarabank li kien qed jagħmel xi xogħol fuqha, waqgħet fuqu wara li ċeda tagħmir li kien qed jagħmel użu minnu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:30 f’Wesghet il-Vittmi tal-
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.