Żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Imtarfa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq Ġnien Borg, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni l-ġuvni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda CBR li kien qed isuq, u nqaleb bih.
Fuq il-post issejħu ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lill-ġuvni għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.