Żagħżugħ Somalu ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi wara argument li seħħ għall-ħabta tal-5.30 tal-Ħamis filgħodu f’Birżebbuġa.
Argument li seħħ fi Triq it-Tankijiet u li fih kienu involuti żewġ Somali resident Birżebbuġa u li fih intużat arma bil-ponta u li taqta’.
Il-midrub ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, iżda l-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.